Il-Ħamas ma tafx x’ġara mis-suldat Iżraeljan li nħataf f’Gaża

Il-grupp militanti tal-Ħamas qal li ma jafx x’ġara mis-suldat Iżraeljan li nħataf f’Gaża.
Il-grupp Iżlamiku qed isostni li tilef il-kuntatt ma’ xi ġellieda fl-inħawi u li flimkien magħhom, seta’ wkoll inqatel is-suldat żagħżugħ ta’ 23 sena Hadar Goldin.
D
an kollu wassal biex jintemm ħesrem ftehim ta’ waqfien mill-ġlied li kellu jkun ta’ 72 siegħa, iżda kellu jitwaqqaf wara ftit sigħat biss.
Iktar kmieni l-President tal-Istati Uniti Barack Obama iddeskrieva din il-kriżi bħala waħda ta’ “qsim il-qalb” u qal li qed jaħdem biex jerġa’ jkun hemm waqfien mill-ġlied.
L-attakki mill-ajru Iżraeljani komplew fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu fejn skont xi rapporti, mal-100 Palestinjan inqatlu wara li tħassar il-waqfien mill-ġlied.