“Il-Ħallieq qalli li għalissa mhux se jeħodni” – Twanny Scerri

Ix-xandar Twanny Scerri llum qasam mal-pubbliku dak li bħal-lum sena għadda minnu meta kien sofra minn attakk qawwi f’qalbu.

“Bħal-lum sena eżatt kont sejjer ħdejn il-Bambin! Però l-Ħallieq qalli li għalissa mhux se jeħodni!” beda biex jikteb hu hekk kif spjega li din l-esperjenza qed jaqsamha sabiex jagħmel kuraġġ lil ħaddieħor!

Ix-xandar ta’ 65 sena ħa l-opportunità li jirringrazzja mill-ġdid il-Polyclinic ta’ Raħal Ġdid, kif ukoll Cardiac Intensive Care Unit u s-CCU fl-isptar Mater Dei.

“U grazzi Mulej!” temm jgħid il-messaġġ tiegħu.

L-Ghodwa T-Tajba! Bhall lum sena ezatt kont sejjer hdejn il Bambin! Pero il-Hallieq qalli li ghalissa mhux se jehodni!…

Posted by Twanny Scerri on Tuesday, November 24, 2020

Twanny Scerri beda l-karriera tiegħu fl-1980 u din is-sena qed jiċċelebra l-40 sena mindu beda l-karriera tiegħu fix-xandir.