Il-ħalib tal-Benna issa b’dehra ġdida u b’aktar prodotti

Malta Dairy Products Ltd, il-produtturi tal-ħalib frisk Benna u ta’ prodotti oħrajn magħmulin mill-ħalib frisk, għandhom kif iħabbru logo ġdid li jħares l-elementi ta’ disinji antiki (bħala turija ta’ rispett lejn is- suċċessi tal-passat) filwaqt li ġie mibdul sabiex jagħti dehra aktar moderna u robusta li tirrifletti l-ottimiżmu li bih il-kumpanija qiegħda tħares lejn il-futur.
Malta Dairy Products Ltd nediet ukoll il-marka ‘Farmer Owned – Quality Guarantee’  li tirrifletti l-vjaġġ kollu li jgħaddi minnu l-ħalib sabiex mill-baqra jasal fuq il-mejda tal-konsumatur.
Il-prodotti kollha tal-Benna huma magħmulin minn ħalib frisk li huwa 100% Malti u li joriġina minn raħħala li għandhom dedikazzjoni u passjoni ġenwina lejn il-ħalib. Ir-raħħala huma s-sidien tal-kumpanija tal-ħalib Malta Dairy Products Ltd. B’hekk il-konsumatur jista’ jaċċerta ruħu li l-prodotti magħmulin mill-ħalib frisk tal-Benna huma magħmulin mill-ħalib tal-baqra tal-ogħla kwalitaˋ.
Il-kumpanija nediet ukoll kartuna kompletament ġdida għall-Ħalib Frisk kollu, li jinkludi il-Ħalib Frisk Xkumat, il-Ħalib Frisk bi 2.5% Xaħam, il-Ħalib Frisk Sħiħ, il-Ħalib Frisk Bla Lattosju u l-Milkshakes Friski. Innovazzjoni oħra fil-kartuna tal-ħalib hija l-introduzzjoni tat-tapp.
Il-marka Benna se tkun qed tindroduċi wkoll prodotti ġodda fis-suq fil-ġranet u x-xhur li ġejjin, li jinkludu Butir Pur; Ġobon Malti Tar-Raħħal; Irkotta Bla Lattosju; Milkshake Tal-Coconut; u Ħalib Frisk Bla Lattosju issa disponibbli wkoll f’kartuna tal-500ml – kollha magħmula minn ħalib frisk u mija fil-mija Malti.
Bħala parti minn programm kontinwu ta’ investiment kapitali li diġaˋ laħaq madwar €17-il miljun matul dawn l-aħħar 10 snin, M.D.P. tħabbar investiment kapitali ieħor ta’ €3 miljuni f’aktar impjanti u makkinarji li se jagħti lok lill-kumpanija tkompli tipproduċi prodotti ta’ kwalitaˋ għolja u tidħol fi swieq ġodda li se jiftħu orizzonti ġodda għall-industrija tal-ħalib lokali.