Fr Christopher Caruana OP u Joe Aquilina ser ikunu l-mistiedna fl-istudios ta’ Francesca Polidano fl-edizzjoni tal-lum tal-programm JienInt.
Bdejna x-xahar ta’ Novembru għalhekk dan ix-xahar ser ikun iffukat fuq il-Ħajja u l-Mewt.
Il-Ħajja fis-Sema – Xi rridu nfissru? Min huma l-qaddisin? Għaliex nitolbuhom biex ikunu ta’ interċezzjojni għalina? Il-features li se naraw f’dan il-programm huma ta’ Fr Charles Tabone li ser ikellimna dwar San Duminku, Kieren Cassar li għalkemm għadu student imma qed jimxi l-mixja Dumnikana, u ser nitkellmu ma’ Fr Bernard Caruana li ilu għal dawn l-aħħar 20 sena jaħdem fl-Albanija.
Il-produzzjoni eżekuttiva hi ta’ CPi media, b’direzzjoni Fr Louis Mallia.

JIENINT jixxandar illum il-Ħamis 5 ta’ Novemberu fid-9.50pm b’repetizzjoni l-Ħadd fis-2pm fuq NET TV.