Il-ħajja u l-ispiritwalità ma’ Madre Tereża

Is-suġġett  li ser jigi diskuss waqt il-programm JienInt li jixxandar fl-9.50pm fuq Net TV flimkien ma’ Francesca Polidano huwa  “Knisja Missjoni Karitá”.
 
Meta nitkellmu dwar karità ma nkunux qed infissru biss li wieħed jagħti l-flus, imma li wieħed jgħin lil min għandu bżonn. Bħal nies waħedhom, nies imweġġgħin, nies bi problemi u l-bqija.

Il-mistiedna tagħha huma Fr Paul Chetcuti sj u  Anthony Gatt – ic-CEO tal-Caritas Malta.  X’inhu x-xogħol tal-Caritas illum? Inbidel matul is-snin?

Il-features li se jintwerew waqt il-programm huma minn Fr Kevin Schembri li ser jitkellem dwar il-ħajja u l-ispiritwalità  ma’ Madre Tereża u Fr Paul Chetcuti stess li ser jirrakkonta  kif ġietu l-opportunità li jmur jgħin lil Madre Tereża ġewwa Kalkutta.

Il-produzzjoni eżekuttiva hi ta’ CPi media, b’direzzjoni Fr Louis Mallia.

JienIny jixxandar illejla l-Ħamis 22 ta’ Ottubru fl-9.50pm b’repetizzjoni l-Ħadd fis-2pm fuq Net TV.