“Il-ħajja tgħallimna kif ngħixu” – Patri Karm

Ritratt: Facebook/KarmJosephDebattista

Patri Karm Debattista li bħalissa jinsab fil-Pakistan fejn qed jagħmel ħidma għal perjodu twil ta’ żmien illum qed jiċċelebra għeluq id-59 sena tiegħu. Huwa twieled bħal-lum fl-1961.

“Il-ħajja tgħallimna kif ngħixu. Aktar ma tikber aktar tiskopri kemm il-ħajja nnifisha hu kulma għandek bżonn. Fiha Alla hu ħaj” – huwa l-messaġġ li huwa wassal fuq il-midja soċjali f’okkażjoni ta’ dan il-jum.

Patri Karm huwa membru tas-Soċjeta Missjunarja ta’ San Pawl. Minbarra li huwa wkoll personalità televiżiva fejn spiss narawh iwassal il-kelma t’Alla, Patri Karm Debattista huwa magħruf fil-qasam mużikali b’kanzunetti li ġew inspirati mill-esperjenzi tiegħu f’pajjiżi bħall-Pakistan u l-Perù.

Beda jirrekordja l-kanzunetti tiegħu b’mod professjonali fl-1996. B’kollox ħareġ disá albums, li jinkludu tnejn tal-Milied.  Patri Karm ikkompona wkoll mużika għall-films, għal programmi tat-televiżjoni u wkoll kanzunetti ta’ bosta avvenimenti li jittellgħu.

Awguri Patri Karm għal aktar snin ta’ ħidma u nittamaw li ma ndumux ma nerġgħu narawk fostna.