Il-ħajja tar-refuġjat f’ritratti

L-artist, poeta u umanitarju Reza Deghati se jkollu xogħlu esebit nhar is-Sibt 30 ta’ Ġunju fl-Università l-antika fil-Belt Valletta.

Deghati huwa artist popolari li bosta mix-xogħlijiet tiegħu kienu ppublikati fuq in-National Geographic. Huwa jdur u jieħu ritratti varji tal-umanità, kif ukoll huwa ta’ ispirazzjoni għall-oħrajn.

Huwa offra l-opportunità lill-artist tal-fotografija Malti Darrin Zammit-Lupi sabiex jiftaħ tieqa dwar ir-refuġjati f’pajjiżna. Huwa jidħol fil-qalba tas-soċjetà fejn jgħixu l-immigranti u jimraħ fl-istejjer u t-tradizzjonijiet ikkuluriti tagħhom.

Biex tibbukja siġġu u ssaqsi għal aktar informazzjoni dwar din l-attività, ibgħat e-mail fuq martin.j.gauci@festivalsmalta.org