Il-ħajja tal-koppji Maltin ippubblikata f’riċerka

Iċ-Ċentru Nazzjonali għar-Riċerka dwar il-Familja fi ħdan il-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid tas-Soċjetà ppubblika rapport dwar l-aspettattivi u l-esperjenzi tal-koppji Maltin.
Il-konklużżjonijiet ta’ dan ir-rapport juru b’mod ċar li r-reċiproċità hija l-aspettattiva ewlenija f’relazzjonijiet twal. Ir-rispett reċiproku bejn il-koppja kien identifikat bħala punt ċentrali bejn iż-żewġ partijiet.
Il-koppji elenkaw is-sodisfazzjon li ġġib magħha l-konnessjoni ta’ snin twal flimkien. Isemmu numru ta’ attivitajiet li pparteċipaw flimkien fosthom attivitajiet reliġjużi u spiritwali.
Waqt it-tnedija ta’ dan ir-rapport, il-President appellat lill-politiċi biex jiżguraw li l-ġid tas-soċjetà jiġi mkejjel minn kemm ir-relazzjonijiet ikunu b’saħħithom.
Żiedet tgħid li l-edukazzjoni dwar ir-relazzjonijiet għandha tkun prijorità u ħeġġet biex tiġi implimentata l-politika għat-trobbija pożittiva tat-tfal permezz ta’ kollaborazzjoni bejn Ministeri differenti.
Il-Professur Angela Abela, li tmexxi ċ-Ċentru Nazzjonali għar-Riċerka dwar il-Familja qalet li dan l-istudju jixhed b;mod ċar l-isfidi tal-koppji f’Malta matul is-seklu 21.
Min-naħa tagħha, id-Direttur Ġenerali tal-Fondazzjoni tal-President Ruth Farrugia esprimiet ix-xewqa li din il-pubblikazzjoni tħeġġeġ aktar ħidma għal relazzjonijiet aktar b’saħħithom, kemm fuq livell individwali bejn il-koppji, fuq livell lokali u fuq livell nazzjonali mill-politiċi.
Tista’ taqra r-riċerka bi 23 intervista ma’ koppji Maltin aktar l-isfel.
Ritratt: Ian Noel Pace