“Il-ħajja tal-bniedem tiġi l-ewwel; ħadd ma jitlef ħajtu” – Dr Simon Busuttil

F’laqgħa li saret dalgħodu fiċ-Ċentru tal-Partit Nazzjonalista fi Swieqi, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil beda billi indirizza t-traġedja tal-bieraħ tal-immigranti, li filgħaxija kellhom jiddaħħlu Malta.

Qal, “Il-ħajja tal-bniedem tiġi l-ewwel; ħadd ma jitlef ħajtu. Dak huwa d-dmir tagħna.” Huwa qal ukoll li hija sitwazzjoni diffiċli għall-immigranti li ġejjin mis-Sirja. Għamel referenza għal każ tal-Gozo Channel, fejn il-vapur reġa’ daħal fil-port wara li għamel telefonata l-Ministru Refalo.

Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Dr Beppe Fenech Adami rrefera għad-dikjarazzjonijiet foloz fosthom ta’ Louis Grech u l-kont bankarju li ghandu barra, il-Ministru Refalo li jaqla’ inqas mill minimum wage fl-istess waqt li għandu loan. Qal li dan huwa “Gvern li jgħalqilna ħalqna.”

Saret referenza dwar il-każ tal-Kummisarju tal-Pulizija, li tkeċċa flimkien m’uffiċjali oħra f’April li għadda. Dan qabel m’għażel biex ma jkomplix l-investigazzjoni ta’ John Dalli. Temm jgħid li s-sitwazzjoni tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei marret għall-agħar.

Simon Busuttil għamel referenza għal laqgħa li għamel Konrad Mizzi dalgħodu, u l-mistoqsijiet li hu se jagħmel lil Ministru fil-ġimgħat li ġejjin.

Stefano Mallia, kandidat għall-Parlament Ewropew, qal li għad baqa’ 4 ġimgħat sal-Baġit, li se jkunu mimlija spekulazzjonijiet dwar il- €50 miljun li se jinvesti l-Gvern. Temm b’appell lil Prim Minstru sabiex jagħraf il-protagonisti, li huma l-ħaddiema.