Il-ħajja ta’ Schumacher f’dokumentarju: posposta t-tnedija

Dokumentarju li hu bbażat fuq ħajjet Michael Schumacher ġie pposponat minħabba li min qed jieħu ħsieb il-produzzjoni għandu bżonn aktar ħin biex jaħdem fuq il-filmati li huma sensittivi. Dawn il-filmati ngħataw mill-familja tal-leġġenda tal-Formula 1.

Kien hemm il-pjanijiet biex il-film ikun imniedi f’għeluq il-50 sena ta’ Schumacher u f’għeluq il-25 sena mindu rebaħ l-ewwel titlu mondjali. Iżda jidher li sa Diċembru ta’ din is-sena mhux se jkun possibbli li jkun imniedi. Skont rapporti Ġermaniżi, jista’ jkun li se jtawlu anka sa sena.

Id-dokumentarju se jkun magħmul minn filmat li qatt ma ħarġu fil-pubbliku. Mart Schumacher, Corinna li għandha 50 sena se jkollha l-jedd li tagħżel hi liema filmat jistgħu jintwerew u liema se jkunu projbiti.

Mhux mistenni li fil-film tiġi diskussa l-kundizzjoni medika ta’ Schumacher bħalissa.