Il-ħajja mhux se tiġi għan-normal sar-rebbiegħa – Xjentisti

FILE PHOTO: REUTERS/Dado Ruvic/Illustration

Grupp ta’ xjentisti qalu li jekk jinstab vaċċin effettiv, il-ħajja mhux se tkun qed tirritorna għan-normal sar-rebbiegħa li ġejja.  

Ix-xjentisti qalu li wieħed iħares lejn il-vaċċin bħala xi ħaġa li se tkun qiegħda teqred il-virus. Madankollu f’rapport li ġie ppubblikat mir-riċerkaturi flimkien mar-Royal Society qalu li wieħed għandu jkun realistiku dwar dak li jista’ jagħmel il-vaċċin. Żiedu li r-restrizzjonijiet għandhom jiġu rilaxxati gradwalment u l-vaċċin jista’ jieħu madwar sena biex jitqassam.

Bħalissa qegħdin jiġu żviluppati mix-xjentisti aktar minn 200 vaċċin madwar id-dinja. Diversi xjentisti insabu ottimisti li xi persuni jistgħu jieħdu t-tilqima għal dan il-virus lejn l-aħħar ta’ din is-sena filwaqt li l-produzzjoni għall-massa tibda s-sena d-dieħla. It-tqassim tal-vaċċin tista’ tieħu bejn sitt xhur u sena.