Il-ħajja mgħaġġla qed tikkawża stress lill-klieb

Minħabba l-ħajja mgħaġġla tas-sidien tagħhom, ħafna klieb qed ibatu minn problemi psikoloġiċi, b'uħud ikollhom il-bżonn li jingħataw pilloli kontra d-dipressjoni.
Riċerka ġdida fir-Renju Unit sabet li l-annimali domestiċi qed tiżdidilhom il-pressjoni emozzjonali, li twassal biex jibdew ibatu minn attakki ta' ansjetà u dipressjoni.
L-istudju juri wkoll li uħud mill-klieb qed ibatu minn għejja kronika minħabba l-istil ta' ħajja bla waqfien tas-sidien tagħhom.  
Is-sintomi jinkludu mġiba ħażina, ilfieq u li jibdew jippruvaw jaqbdu denbhom.