Il-ħajja kiefra taħt l-Istat Iżlamiku f’Mosul

Filmati li qed jintwerew fil-midja internazzjonali juru l-ħajja kiefra u ta’ oppressjoni li qed jgħixu l-bliet li jinsabu taħt il-kontroll tal-Istat Iżlamiku, din id-darba, fit-tieni l-ikbar belt fl-Iraq, Mosul.
Minn belt attiva, f’Mosul issa hemm skejjel abbandunati u moskei imfarrka.
In-nisa huma fost l-aktar oppressati, hekk kif qed jiġi sfurzati jgħattu kull parti ta’ ġisimhom bl-iswed u f'każ li ma jobdux, jiġu msawwta. 
L-invażjoni f’Mosul immarkat fażi oħra fl-avvanz tal-Istat Iżlamiku.
Eluf ta’ familji ħarbu minn djarhom filwaqt li l-insara li kienu jgħixu f’din il-Belt kellhom jibdew ħajja oħra f'belt differenti.