Il-hairdressers fid-Danimarka se jerġgħu jiftħu

Id-Danimarka se tħalli l-hairdressers, beauty salons, u ħwienet tat-tattoos jerġgħu jiftħu mit-Tnejn li ġej. Dan wara li l-iskejjel għat-tfal iż-żgħar reġgħu nfetħu din il-ġimgħa.

Skont il-BBC, id-Danimarka kienet għaġġlet biex tiġġieled kontra l-pandemija. Miżuri ristrettivi ddaħlu kmieni fit-12 ta’ Marzu filwaqt li l-Iżvezja ddeċidiet li tevita miżuri stretti.

Kumpaniji li jerġgħu jiftħu se jkollhom jimxu mal-linji gwida.

It-tneħħija ta’ aktar miżuri jiddependi fuq kemm id-Daniżi jirrispettaw regoli tas-social distancing.

“Ħadd ma jrid iżomm lid-Danimarka magħluqa ġurnata aktar milli hemm bżonn,” kiteb il-Prim Ministru Mette Frederiksen fuq Facebook. “Però m’għandniex ngħaġġlu aktar milli nistgħu biex inżommu l-epidemija taħt kontroll.”

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn