Il-ħaddiema tal-kostruzzjoni jibdew jirċievu l-iskill cards

Ħaddiema li jaħdmu fil-kostruzzjoni f’Malta bdew jirċievu l-iskills card.
Malta kienet l-uniku stat fl-UE li ma kienetx qed tagħmel użu minn din il-card li sas-sena 2021 se tkun obbligatorja għal dawk kollha li għal kwalunkwe raġuni jmorru f’sit ta’ kostruzzjoni.
L-iskill card kulur id-deheb hi għal ħaddiema b’liċenzja u dik sewda hi għall-professjonisti.
Dawk kollha li jkollhom skill card jitniżżlu f’direttorju tal-BICC biex b’hekk il-pubbliku ikollu aċċess għal persuni kwalifikati fix-xogħol rispettiv.
Il-proġett tnieda mill-Ministri għall-Affarijiet tal-Konsumatur u x-Xogħol, Helena Dalli u Evarist Bartolo.
Ritratt: Arkivji