Il-ħaddiema tal-Gozo Channel jieqfu ftit għall-Milied

Illum is-servizzi tal-vapuri tal-Gozo Channel ġew sospiżi minn nofsinhar sat-3:00pm minħabba l-Milied.
Dan isir ta’ kull sena fil-Milied u fl-Ewwel tas-Sena biex il-ħaddiema tal-kumapnija li ssoltu topera kuljum ikollhom l-opportunità li jmorru jieklu mal-familji u l-ħbieb tagħhom.
F’ dawn il-jumejn biss il-vjaġġi ta’ nofsinhar, 12.45pm, 1.30pm u 2.15pm mill-Imġarr għaċ-Ċirkewwa u tas-12.45pm, 1.30pm, 2.15pm u 3pm miċ-Ċirkewwa mhumiex se jsiru.
Is-servizz ikompli mill-Imġarr fit-3pm u miċ-Ċirkewwa fl-3.45pm.
Il-Bord tal-Gozo Channel wera l-apprezzament għax-xogħol u dedikazzjoni tal-ħaddiema tiegħu li jaħdmu xifts twal u xi drabi saħansitra jaħdmu f’kundizzjonijiet tat-temp diffiċli.