Il-ħaddiema tal-Enemalta rringrazzjati ta’ xogħolhom b’€200 żejda

Il-ħaddiema kollha tal-Enemalta se jingħataw għotja ta’ €200 ta’ darba bħala rikonoxximent għad-dedikazzjoni u l-ħila li wrew.
F’Awissu li għadda saret il-laqgħa ġenerali annwali tax-shareholders, fejn il-Ministru għall-Enerġija Joe Mizzi u ċ-Ċermen tax-Shangai Electric Wang Yundan flimkien max-shareholders, qablu li bħalma ġara s-sena l-oħra l-ħaddiema kollha tal-Enemalta jingħataw €200 għall-ħidma tagħhom.
Mizzi rrikonoxxa il-ħidma tal-Maltin u l-barranin, kif ukoll liċ-Ċermen tal-Bord, b’mod speċjali lill-membri mid-Divisional Manager Strategy and Commercial.
Dan għaliex permezz tal-ħidma tagħhom l-Enemalta se tkun qegħda tipparteċipa fi proġett ta’ investiment lejn Malta li se jsir fis-sit tal-power station l-antika fil-Marsa.