Il-ħaddiema part-time ta’ Media.link jirċievu ittra li tkeċċew

Newsbook jinsab infurmat li llum, il-ħaddiema part-time tal-kumpanija tal-Partit Nazzjonalista Media.Link Communications, irċivew ittra tgħid li intemm l-impjieg tagħhom ma’ din il-kumpanija.

Skont informazzjoni li għandu dan is-sit, din l-ittra rċevewha il-part-timers kollha. Dan is-sit jinsab infurmat ukoll li din il-kumpanija se tkun qed tħaddem full-timers biss filwaqt li l-overtime li jagħmlu mhux se jkun imħallas għalissa.

Impjegat li jaħdem ma’ din l-istess kumpanija qal kif din l-ittra turi eżempju ta’ kif “jużawk u jarmuk”.