“Il-ħaddiema jixraqilhom il-flessibiltà” – Josianne Cutajar

Il-kandidata għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f’isem il-Partit Laburista, Josianne Cutajar sostniet li meta wieħed jaħseb fil-ħaddiema bħala persuni, huwa aktar faċli li wieħed jifhem il-bżonn u d-dritt tagħhom li jkollhom ħin għalihom, ħin ta’ mistrieħ u ħin għall-familja.

Dan qalitu waqt żjara lill-kumpanija CS Technologies f’Raħal Ġdid. Qalet li bl-użu tajjeb tat-teknoloġija, diversi kumpaniji saru jagħti aktar kundizzjonijiet tax-xoħol flessibbli li jgħollu l-kwalità tal-ħajja tal-impjegati. Sostniet li inqas ma wieħed jiffoka fuq il-produttività u jinvesti fil-persuna, aktar se jara produttività.

Intant, Cutajar faħħret il-mudell flessibbli li qed tadotta l-kumpanija CS Technologies, li wassal sabiex 30% tal-ħaddiema jkunu nisa. Sostniet li dan jikkuntrasta mal-bqija tal-qasam tal-informatika li 7% biss minnu huwa kompost mis-sess femminili.