​Il-ħaddiema feruti: Wieħed stabbli, l-ieħor jibqa’ fil-periklu

Għadu fil-periklu tal-mewt ir-raġel li waqa’ f'sit ta' kostruzzjoni fi Triq is-Sisla f’Birkirkara nhar il-Ħamis li għadda.
Il-ħaddiem ta’ 36 sena residenti s-Siġġiewi sofra ġrieħi serji hekk kif waqa’ għoli ta’ madwar tmien filati.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.
M’għadux fil-periklu tal-mewt ir-raġel ta’ 33 sena li waqgħu folji tal-ħġieġ fuqu l-Ħamis li għadda. L-inċident kien seħħ fi Triq Valletta fil-Marsa. 

Ritratt: The Malta Police Force fuq Facebook