Il-ħaddiem Għawdxi f’Malta b’min jaqbeż għalih

Id-drittijiet u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-Għawdxin li jaħdmu f’Malta se jibdew jiġu mħarsa mill-Assoċjazzjoni Ħaddiema Għawdxin f’Malta, li ġiet imnedija nhar il-Ħamis li għadda.
Il-Ministru għal Għawdex, Dr Justyne Caruana, qalet li din l-assoċjazzjoni se tassigura li l-problemi u l-bżonnijiet tal-ħaddiema Għawdxin jiġu indirizzati, permezz ta’ djalogu kostruttiv kontinwu mal-awtoritajiet konċernati. 
Il-ħaddiema Għawdxin mistednin jattendu l-Laqgħa Ġeneral Annwali, li se ssir nhar is-Sibt 14 ta’ Ottubru fl-10am, fir-Rabat Għawdex.
Minbarra dan, min hu interessat li jifforma parti mill-Eżekuttiv Ġenerali ta’ din l-Assoċċjazzjoni jista’ jibgħat ittra elettronika lil gozitanemployees@gmail.com.
Ritratt: Gozitan Employees