Il-Ħadd li ġej se torqod iktar

Read in English.

Nhar il-Ħadd 27 ta’ Ottubru fit-3am, l-arloġġ se jimxi siegħa lura għas-2am. Dan minħabba li se jkun spiċċa l-ħin tas-sajf.

Fl-2021, il-bdil tal-ħin se jieqaf. Dan wara li l-Parlament Ewropew qal li l-abbozz ta’ liġi ġie approvat mill-Membri tal-Parlament Ewropew (MEPs) b’410 vot favur, 192 kontra u 51 astensjoni. Dan l-abbozz kien dwar deċiżjoni tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (UE) biex iżommu l-ħin l-istess.

Il-pajjiżi li se jżommu l-ħin tas-sajf tagħhom għandhom jagħmlu l-aħħar bidla tal-arloġġ tagħhom fl-aħħar Ħadd ta’ Marzu 2021. Dawk li jippreferu jżommu l-ħin tax-xitwa jistgħu jirranġaw l-arloġġi tagħhom għall-aħħar darba fl-aħħar Ħadd ta’ Ottubru 2021.

Aqra: L-aħħar bidla bejn il-ħin tas-sajf u tax-xitwa fl-2021

Malta għażlet li żżomm il-ħin tas-sajf.

Il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej Helena Dalli kienet qalet li f’Malta saret konsultazzjoni wiesgħa kemm permezz ta’ stħarriġ mhux xjentifiku, kif ukoll diskussjonijiet ma’ setturi partikulari li kienu jinkludu bdiewa, il-kamra tal-kummerċ u l-imsieħba soċjali kollha.

Aqra: Malta mistennija tagħżel il-ħin tas-sajf

Aqra: Il-pubbliku favur il-ħin tas-sajf; l-imsieħba soċjali kawti