Il-Ħadd li ġej se tiffranka €10

Jekk qatt ma dħalt fil-mużew tal-Gwerra ġewwa l-uniku forti ġewwa l-Belt Valletta, dak ta’ Sant’Iermu, nhar il-Ħadd li ġej id-dħul se jkun b’xejn.
Dan qed isir biex jitfakkar il-jum li fih ingħata l-George Cross lill-Gżejjer Maltin.
Heritage Malta qed torganizza open day fejn wieħed mhux biss jista’ jara l-esebizjoni permanenti, iżda wkoll se jkun hemm wirja temporanja ta’ kollezzjoni privata.
L-eżebizzjoni permanenti hija magħmula minn oġġetti oriġinali u oġġetti rikostruwiti, u l-viżitatur se jiġi ppreżentat bl-istorja ta’ Malta mill-lenti militari b’mod teknoloġiku u viżiv.
Il-familja Schranz, familja li tħaddan wirt artistiku, iddeċidew li jagħtu ċ-ċans lill- viżitaturi Maltin u barranin tal-forti fil-wirja temporanja biex jaraw numru ta’ dokumenti marbuta mal-perjodu tat-Tieni Gwerra Dinjija.
Wieħed se jiltaqa’ ma bosta gruppi ta’ reenactors li b’ mod interattiv, viżiv u edukattiv u permezz ta’ stejjer interessanti jagħtu idea tal-istorja militari ta’ Malta. Fost l-oħrajmn hemm il- Leggio X, u In Guardia u Battlefront.
Il-viżitaturi se jkunu jistgħu wkoll jattendu għal tliet żjajjar bi gwida, tnejn bil-Malti, li se jsiru fid-9.30am u t-3.30pm, u ieħor bl-Ingliż li se jsir fis-1.30pm.
Il-Forti Sant’Iermu se jkun miftuħ bejn id-9am u s-6pm, bl-aħħar dħul ikun fil-5.30pm.
Għal iktar informazjoni idhol fis-sit eletroniku ta’ Heritage Malta