Il-Ħadd li ġej jissokta l-kampjonat tal-muturi Trials

Nhar il-Ħadd li ġej jissoktaw il-kampjonati tal-ASMK bit-tielet attività tal-istaġun mis-sezzjoni tal-muturi Trials.
L-attività li se tkun qed tiġi organizzata fil-Kumpless Sportiv tal-Assoċjazzjoni f’Ta’Qali, tibda fid-9:00am.
Intant fil-klassifika Trials bħalissa nsibu lil Damon Bonello fuq mutur Gas Gas fil-quċċata ta' Klassi A b’40 punt segwit minn Rowen Bonello b’34 punt, Gary Debono bi 30 punt u Joseph Scicluna b’26 punt.
Fi Klassi B, Manuel Camilleri fuq Gas Gas fl-ewwel post tal-klassifika segwit minn Ian Scicluna.
Intant wara l-maltemp ta' tmiem il-ġimgħa li għadda fejn tħassru l-attivitajiet kollha marbuta mal-Autocross u l-Motocross, dawn mistennija jsiru l-Ħadd 31 ta’ Jannar fil-11:00am.