Il-ħabiba tal-qalb ta’ Diana titlob biex ma jixxandrux filmati kontroversjali dwarha

Ħabiba kbira tal-Prinċipessa Diana talbet lill-istazzjon tat-televixin, Channel 4, sabiex ma jxandarx filmati kontroversjali tal-Prinċipessa fejn hi titkellem dwar iż-żwieġ tagħha.
Id-dokumentarju Diana: In Her Own Words, mistenni jixxandar għall-20 anniversarju mill-mewt tal-Prinċipessa ta’ Wales fl-aħħar t’Awwissu.
Il-filmati qatt ma dehru mkien fir-Renju Unit.
Rosa Monckton, dik li darba kienet ħabiba tal-qalb ta’ Diana, sostniet li dawn il-filmati kienu parti mill-ħajja privata ta’ ħabibtha, u għalhekk ix-xandir tagħhom huwa tradiment fil-konfront tal-prinċipessa u familtha.
Min-naħa tagħhom, il-produtturi tad-dokumentarju qalu li b’dal-filmati l-pubbliku se jkollu titwila unika fil-ħajja ta’ Diana.
Il-filmati kienu nġibdu mill-fotografu personali ta’ Diana, Peter Settelen, bejn l-1992 u l-1993, li kien juriha kif titkellem fil-pubbliku.