Il-GWU titlob li titħares is-sigurtà tal-gwardjani lokali

Il-General Workers’ Union (GWU) qed titlob lill-awtoritajiet biex jintroduċu proċeduri li jħarsu s-sigurtà tal-gwardjani lokali waqt li dawn ikunu qed jaqdu s-servizz pubbliku tagħhom.
Fi stqarrija l-GWU qalet li qed tagħmel din it-talba wara li, għal darb’oħra, gwardjan lokali spiċċa vittma ta’ aggressjoni fiżika fl-Imqabba, meta l-gwardjan spiċċa b’idu miksura.
Il-GWU, filwaqt li kkundannat kull att ta’ vjolenza, talbet li dawn il-ħaddiema jingħataw kull tip ta’ protezzjoni possibbli.