Il-GWU tikkundanna kliem Marlene Farrugia fil-Parlament

Il-GWU kkundannat kliem id-deputat Indipendenti Marlene Farrugia fil-Parlament ilbieraħ meta, skont il-GWU, il-Membru Parlamentari tat l-impressjoni li l-unjin naqset minn dmirha lejn il-ħaddiema tal-Enemalta.
Il-GWU qalet li kieku Farrugia kellha għal qalbha l-interess tal-ħaddiema, kienet tavviċina lill-unjin u tivverifika l-informazzjoni li kellha mingħand terzi inkella minn ġurnal partikolari.
Sostniet li fil-proċess ta’ ristrutturar tal-Enemalta, hi bħala unjin bil-maġġoranza assoluta, ħadet ħsieb biex il-ħaddiema mhux biss ma jitilfux l-impjieg tagħhom imma wkoll ma jkollhomx tnaqqis fid-dħul.
Sostniet li fil-passat, ħaddiema kienu jingħataw somma flus u jintemmilhom l-impjieg.