Il-GWU tikkundanna insensittività tal-PN dwar il-gwardjani lokali

Il-General Workers’ Union ikkundannat dik li sejħet “insensittività” murija mill-Partit Nazzjonalista fil-konfront tal-gwardjani lokali.
Il-GWU sostniet li biex jirbaħ punti politiċi, il-PN qed jirrikorri għal tattiċi li jpoġġu lill-gwardjani lokali f’dawl ikrah mal-pubbliku. 
Il-unjin kienet qed tirreferi għall-kampanja tal-PN dwar il-prezzijiet tal-petrol u d-diesel.
Qalet li dan wassal biex sewwieqa ma ndunawx mill-ewwel li dik kienet ċitazzjoni falza u spiċċaw jargumentaw mal-ewwel gwardjan lokali li raw fit-triq.