​Il-GWU tiffirma ftehim għall-gwardjani tas-sigurtà fil-Port Ħieles

Il-General Workers’ Union u l-Korporazzjoni tal-Port Ħieles ta’ Malta ffirmaw ftehim kollettiv ġdid għall-gwardjani tas-sigurtà.
B’dan il-ftehim li jibqa’ fis-seħħ sal-2021, il-unjin qalet li se jitjiebu l-pagi, il-kundizzjonijiet tal-impjieg u benefiċċji oħra.
Il-Ftehim Kollettiv f’isem il-ħaddiema kien iffirmat mis-Segretarju tat-Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi Jeremy Camilleri, mill-Assistent Segretarju George Zahra u mix-Shop Steward Clint Cutajar.