Il-GWU sodisfatta bir-relazzjoni mal-Arcisqof

Il-General Workers’ Union hija sodisfatta bir-relazzjoni tagħha mal-Arċisqof Charles Scicluna.
Fi stqarrija, il-GWU qalet li hemm klima kordjali bejn l-Union u l-Kurja ta’ Malta fejn id-djalogu huwa wieħed kontinwu.
Qalet li l-koperazzjoni u l-ħidma bejn il-GWU u l-Kurja hija msaħħa wkoll minn relazzjoni ta’ rispett u ħbiberija li teżisti bejn is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja u l-Arċisqof Charles Scicluna.
Żiedet tgħid li għandha l-għarfien ewlieni f’diversi entitajiet tal-Knisja li joffru servizzi utli u meħtieġa għal ġid tas-soċjetà.
Ikkonfermat li fil-jiem li ġejjin se ssir laqgħa bejn is-Segretarju Ġenerali u l-Arċisqof ta’ Malta.