Il-GWU mħassba dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol f’Palumbo

Il-General Workers’ Union (GWU) qalet li fid-dawl tal-aċċident li sar fit-tarzna ta’ Palumbo, l-Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà għandha tagħmel spezzjonijiet aktar frekwenti biex dawn it-traġedji ma jerġawx jirrepetu ruħhom.

Wara l-aċċident li seħħ ilbieraħ fit-Tarzna ta’ Palumbo, il-GWU esprimiet it-tħassib tagħha dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-livelli ta’ saħħa u sigurtà li qed jaħdmu fihom it-tarznari.

Is-Segretarju tat-Taqsima tal-Kostruzzjoni fi ħdan il-GWU, Jesmond Marshall qal li l-bibien huma miftuħa għat-tarznari tat-tarzna ta’ Palumbo għax jemmnu li dawn il-ħaddiema ma jistgħux jibqgħu trattati ta’ ħaddiema tat-tieni klassi.