Il-GWU b’tilwima industrijali fil-Wasteserv

Il-General Workers’ Union ordnat tilwima industrijali fil-Wasterserv wara li membri tagħha kienu qed jirċievu paga anqas.
Fi stqarrija,  il-GWU qalet li ilha tiġbed l-attenzjoni dwar nuqqasijiet fil-ħlas tal-pagi li kienu qed jirċievu ħaddiema tal-kuntrattur membri tagħha.
Is-Segretarju tat-Taqsima Ospitalità u Ikel tal-GWU Kenny Muscat qal li l-ħaddiema qed jispiċċaw b’paga anqas milli tkun dovuta lilhom. Żied jgħid li kien hemm drabi li lanqas ingħataw allowance għax-xogħol li għamlu.