Il-gwardja tal-kosta Libjana twaqqaf mal-400 persuna milli jaqsmu l-Mediterran – IOM

Reuters

Read in English.

L-aġenzija tal-migrazzjoni tan-Nazzjonijiet Magħquda nhar it-Tnejn qalet li l-gwardja tal-kosta tal-Libja waqqfet madwar 400 migrant li kienu qed jippruvaw jaqsmu l-Mediterran f’ħames dgħajjes f’dawn l-aħħar jumejn.

Dan ifisser li aktar minn 1,000 persuna ppruvaw jagħmlu dan il-vjaġġ f’dan l-aħħar xahar, minkejja li l-fruntieri internazzjonali tal-Libja huma magħluqa minħabba l-pandemija tal-coronavirus. 

Il-pandemija, kif ukoll żieda fil-ġlied madwar Tripoli, il-belt kapitali tal-Libja, komplew żiedu mal-problemi ta’ eluf ta’ migranti li jippruvaw jgħaddu mill-pajjiż fi triqthom biex jaħarbu lejn l-Ewropa.

L-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni qalet li 317-il immigrant kienu ntbagħtu lura lejn il-Libja nhar il-Ħadd filgħaxija, wara li aktar minn 70 oħra kienu twaqqfu u ntbagħtu lura aktar kmieni nhar il-Ħadd. 

L-aġenzija għar-refuġjati tan-Nazzjonijiet Magħquda, il-UNHCR, qalet li kienu għerqu żewġ persuni fost dawk li kienu fuq id-dgħajjes li twaqqfu nhar il-Ħadd.