Il-Gvern żarma s-servizzi tas-saħħa mentali waqt il-pandemija – Galea

Id-deputat Nazzjonalista Mario Galea qal li l-Gvern żarma s-servizzi tas-saħħa mentali waqt il-pandemija tal-Covid bil-Kummissarju għas-Saħħa Mentali japprova għax “jilgħaq lill-Ministru.”

Meta kien qed jitkellem fil-kumitat tal-provvista tal-Ministeru tas-Saħħa, Galea qal li ma jistax jifhem kif il-Gvern żarma l-Crisis Intervention Team fid-Dipartiment tal-Emerġenza.

Waqt il-pandemija tal-Covid-19 il-Gvern ħa l-isptar Boffa, d-Dipartiment tal-Ġilda u ngħalqet ukoll l-unit tal-psikjatrija fl-Isptar Mater Dei qal Galea.

Huwa qal linfetħu ħames kliniċi żgħar biex jieħdu il-każijiet ta’ saħħa mentali kollha. Kien hemm ukoll riżenji ta’ psikjatri u ħaddiema soċjali. Huwa qal li l-klinika tal-Furjana li tiflaħ 1,000 pazjent issa qed tieħu 5000 un dan mil-lejl għan-nhar.

U dan kollu filwaqt li “Stewards Healthcare huma ħallelin, korrotti, u imbroljuni,” temm jgħid Galea.