Il-Gvern u l-għaqda Repubblika dalgħodu ma qablux dwar min rebaħ il-kawża dwar il-ħatriet tal-ġudikatura mill-Gvern Malti wara d-digrieti maħruġin mill-Imħallef Mark Chetcuti. It-tnejn li huma qalu li rebħet in-naħa tagħhom.
Fid-digriet maħruġ dalgħodu instema’ kif filwaqt li Repubblika ma kellha l-ebda interess ġuridiku fil-każ tal-ħatriet fil-ġudikatura taħt il-liġijiet tal-pajjiż, il-Qorti se tkun qed tiddeċiedi aktar tard jekk il-każ għandux jiġi mgħoddi lill-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea. L-Imħallef Chetcuti qal li qed jistenna li d-deċiżjoni tal-Lussemburgu fuq poland għandha tipprovdi eżempju tad-deċiżjoni finali li għandu jieħu dwar it-talba mressqa minn Repubblika.
L-għan ta’ Repubblika kien li tħassar il-ħatriet ta’ sitt membri ġodda fil-ġudikatura. L-għaqda kienet sostniet li ma għandha ssir l-ebda ħatra qabel ma l-Gvern jirrevedi s-sistema tal-ħatriet kif kien ġie ssuġġerut mill-Kummissjoni Venezja. Dan wara li l-Gvern kien wiegħed li se jkun qed jimplementa r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni fiż-żmien qarib.
Aqra: 6 ħatriet ġodda fil-ġudikatura; 3 imħallfin u 3 maġistrati
Il-Qorti llum qalet li Repubblika hija eliġibbli li tagħmel din it-talba taħt il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li kienet waħda mit-tliet bażijiet legali pprovduti minn Repubblika. Għaldaqstant il-Qorti rrifjutat iż-żewġ raġunijiet legali oħra li tat Repubblika biex tiġġustifika t-talba tagħha, dawn kienu l-Kostituzzjoni Maltija u l-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet Umani. L-Imħallef Chetcuti qal li dan minħabba li Repubblika falliet milli turi li kienet “vittma”.
Fi stqarrija, Repubblika spjegat li l-każ issa se jinstema’ l-ġimgħa d-dieħla, fejn Repubblika se tkun qed tipprovdi evidenza li tappoġġja t-talba li l-mod kif saru l-ħatriet tal-Imħallfin u l-Maġistrati f’Malta kien fi ksur tat-trattat Ewropew.
Aqra: L-avukati ta’ Repubblika jitolbu biex il-membri l-ġodda tal-ġudikatura ma jingħatawx każi
X’qalu ż-żewġ naħat?
Wara d-digriet tal-Qorti, iż-żewġ naħat mill-ewwel iddikjaraw rebħa. L-Għaqda Repubblika, il-Membri Parlamentari Simon Busuttil u Jason Azzopardi qalu fuq Twitter li l-Qorti Maltija ma aċċettatx it-talba tal-Gvern li kien qal li Repubblika m’għandhomx id-dritt biex jitolbu li l-ħatriet il-ġodda fil-ġudikatura Maltija ma jingħataw każijiet.
#Malta #court rejects @MaltaGov claim Repubblika has no right to claim appointments to judiciary are in breach of #EU treaty. Our case will be heard. @SimonBusuttil @AzzopardiJason @KarolAquilina
— repubblika 🇲🇹 (@repubblikaMT) May 22, 2019
BREAKING. The Court has just rejected the Attorney General’s request to throw out the @repubblikaMT case on the independence of the judiciary. The case will go on.
— Simon Busuttil (@SimonBusuttil) May 22, 2019
Court just now rejected the AG’s argument that @repubblikaMT case does not have a juridical basis. It specifically said that the case attacking Judiciary appts will go on on the basis of EU law. Landmark @SimonBusuttil @KarolAquilina pic.twitter.com/lOXNPfSKpT
— Jason Azzopardi (@AzzopardiJason) May 22, 2019
Intant il-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Gvern Kurt Farrugia qal fuq Twitter li għal darboħra, il-Qorti remiet l-applikazzjoni ta’ Busuttil u Azzopardi sabiex twaqqaf il-ħatriet tal-ġudikatura.
Once again the Courts throw out @SimonBusuttil and @AzzopardiJason’s application, this time to stop appointment of new judges and magistrates, appointed according to new improved more independent system. Reforms will continue. Political games should stay out of courts. #RuleofLaw
— Kurt Farrugia (@KurtFarrugia) May 22, 2019
Intant, fi stqarrija, il-Gvern sostna li qed jilqa’ d-deċiżjoni tal-Qorti għax b’hekk is-sistema ġudizzjarja tal-pajjiż ma tħallietx tiġi paralizzata. Il-Gvern reġa’ reġa’ wiegħed li se jkompli jsaħħaħ is-sistema tal-ħatriet tal-ġudikatura.