Il-Gvern u l-Oppożizzjoni jaqblu li jbiddlu l-liġi ta’ kif isiru l-kuntratti

Il-Gvern u l-Oppożizzjoni jaqblu li għandha tinbidel il-liġi ta’ kif isiru l-kuntratti.

Dan ħareġ wara li l-Kummissarju tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza tat id-deċiżjoni tagħha dwar klawsola diskriminatorja fil-liġijiet Maltin. Din il-liġi toħloq diskriminazzjoni kontra n-nisa minħabba l-fatt li meta mara tersaq biex tagħmel kuntratt trid tispeċifika x’inhu l-istatut tagħha filwaqt li l-irġiel le.

Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista qal li jilqa’ din id-deċiżjoni f’sodisfazzjon u se jkun qed iressaq Private Member’s Bill dwar dan.

Min-naħa tiegħu l-Gvern qal li jaqbel ma’ din id-deċiżjoni u se jkun qed jaħdem biex issir din l-anomalija tiġi indirizzata.

Il-Ministeru stieden lill-Oppożizzjoni għal laqgħa sabiex jiġi diskuss f’aktar dettal sabiex ikun hemm pjan wieħed ta’ kif wieħed għandu jimxi ‘l quddiem.