Il-Gvern u l-MAM ikomplu jiddiskutu l-qasam tas-saħħa

Il-Gvern u l-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) komplew jiddiskutu l-qasam tas-saħħa.
Fid-diskussjonijiet, bejn il-Ministru tas-Saħħa, is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa, il-President u s-Segretarju Ġenerali tal-MAM, kompla jsir progress. Bħalissa, il-pożizzjonijiet taż-żewġ naħat huma qrib ħafna ta’ xulxin.
Intlaħaq qbil bejn iż-żewġ partijiet biex l-eżitu tad-dettalji li qed jitħejjew jgħaddu għad-diskussjonijiet fl-istrutturi interni fi ħdan il-MAM innifisha.