Il-Gvern u l-MaltaToday f’argument dwar il-White Rocks

Il-Ministeru għall-Ekonomija saħaq li n-negozjati dwar il-proġett ta’ White Rocks Malta għadhom għaddejjin b’mod progressiv.
Fi stqarrija, il-Gvern kien qed jirribatti artiklu li deher illum fuq il-MaltaToday bit-titlu White Rocks project hits the rocks.
L-artiklu jgħid li t-taħdidiet bejn il-Gvern u l-konsorzju interessat li jiżviluppa s-sit tal-White Rocks, sabu ntopp minħabba l-prezz tas-sit.
Il-Ministeru afferma l-impenn tal-Gvern li jimmassimizza l-potenzjal ekonomiku, ambjentali u turistiku tas-sit, li għal  snin twal tħalla abbandunat.