Il-Gvern u Birdlife Malta dwar l-insib ta’ ċertu speċi fil-ħarifa

Il-Gvern qal li l-istqarrija maħruġa llum mill-Birdlife Malta mhix korretta għax il-proposta għall-applikazzjoni għall-insib ta’ ċertu speċi ta’ għasafar fil-ħarifa, saret mill-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti u mhux mill-Gvern.

Il-Gvern saħaq li waqt il-laqgħa tal-Kumitat tal-Ornis, permezz tal-Wild Birds Regulation Unit (WBRU), il-Gvern ippreżenta rapport tekniku bil-proposta tal-FKNK għall-kunsiderazzjoni mill-Kumitat Ornis.

Aktar kmieni fi stqarrija l-Birdlife Malta qalet li wara l-proposta tad-WBRU għal deroga li tippermetti l-insib ta’ ċertu speċi ta’ għasafar fil-ħarifa, hemm il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti.

L-għaqda qalet ukoll li r-rappreżentanti tagħha rtiraw mil-laqgħa tal-Kumitat wara li ppreżentaw it-tħassib tagħhom.