Il-Gvern tilef il-leġġitimità li jigverna – Delia

Read in English.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia stqarr li din il-ġimgħa l-Gvern tilef fil-leġġitimità li jiggverna meta l-ewwel fil-qorti Keith Schembri għażel ma jixhedx, imbagħad fil-parlament il-Prim Ministru kompla jiddefendih.

Meta kien qed jitkellem f’attività politika f’Tas-Sliema, Delia staqsa minn qiegħed imexxi jekk il-Prim Ministru li għandu vantaġġ elettorali kbir warajh għażel li jkompli jiddefendi lil Keith Schembri.

Staqsa għalfejn  il-Prim Ministru mexa b’mod differenti  mal-ex Ministru Manuel Mallia u l-Ministru Michael Falzon.

Delia qal li mill-qorti ħareġ li Simon Busuttil kellu raġun u Schembru hu korrott.  Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li meta persuna tagħżel il-post, il-ħin biex toħroġ il-verità l-inqas li jista’ jagħmel hu li jitla’ jixhed.

Hu qal li minkejja li ħa regiment nies miegħu l-qorti, għażel li ma jixhedx biex ma jispiċċax il-ħabs.

Delia qal li dan ma kienx biżżejjed għax filgħaxija l-Prim Ministru kellu opportunità tad-deheb li jkeċċi lil Schmebri, minflok ħareġ jattakka lilu li jrtira l-libelli kontra l-eredi tal-ġurnalista assassinata Daphne Carauna Galizia. Hu stqarr li l-libelli kontra Daphne Caruana Galizia huma assalt  fuq id-demokrazija u l-libertà tal-istampa.

“Ifittex l-iskużi wara li waqqa’ l-ġebla fuq saqajh– PL

F’reazzjoni għad-diskors ta’ Delia, il-Partit Laburista qal li Delia issa ntebaħ li waqqa’ l-ġebla fuq saqajh u mar Tas-Sliema biex jiġġustifika għaliex waqqa’ l-libelli li kien għamel wara li ffaċja akkużi mill-iktar serji.Qal li ma’ hemm l-ebda skuża valida dwar għaliex ma marx jitlob inkjesta maġisterjali dwaru nnifsu.

Skont il-PL dalgħodu, Adrian Delia reġa’ wera li mhux kredibbli. Minn meta qal li l-kontijiet ma raħsux għal meta attakka miżuri li jgħinu n-nies isiru sidien ta’ djarhom, Delia kien qed juri biss li nħakem għal kollox mill-estremisti fil-Partit Nazzjonalista.