Il-Gvern tilef il-kontroll tas-sitwazzjoni tal-qgħad – PN

Il-Partit Nazzjonalista sostna li l-Gvern tilef il-kontroll tas-sitwazzjoni tal-qgħad hekk kif f’Settembru, l-qgħad żdied b’750 persuna, jiġifieri żieda ta’ 13% fuq l-istess perjodu s-sena li għaddiet.

Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista sostna li dan hu sinjal ċar li l-ekonomija Maltija mhix qed tkompli tiġġenera l-impjiegi bl-istess pass kif kienet qed tagħmel sa seba’ xhur ilu qabel il-bidla fid-direzzjoni ekonomika ta’ Malta.

Il-Partit Nazzjonalista staqsa lill-Gvern dwar x’qed jagħmel biex jagħti l-appoġġ lill-fabbriki u l-intrapriżi żgħar u medji u dwar jekk hux qed jittieħdu inizjattivi ġodda f’setturi tal-ekonomija u t-turiżmu bil-cruiseliners li esperjenza tnaqqis sostanzjali fl-aħħar xhur.

Intqal li l–politika tal-Gvern kienet intiża biss biex jinħolqu konsulenzi għal nies ta’ ġewwa, bl-oppożizzjoni staqsiet ukoll x’qed jagħmel il-Gvern biex joħloq aktar xogħol għall-Għawdxin, kif wiegħed qabel l-elezzjoni.