Aġġornata: Ir-Reġina se tissospendi l-Parlament f’Settembru

FILE PHOTO: Julian Simmonds

Read in English.

Il-Parlament Ingliz se jkun sospiż ġranet qabel il-membri parlamentari kienu mistennija lura f’Settembru u ġimgħat qabel il-Brexit iseħħ.

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qal li d-diskors tar-Reġina se jseħħ wara s-sospensjoni fl-14 t’Ottubru biex iħabbar aġenda eċitanti.

Iżda dan ifisser li l-membri parlamentari mhux se jkollhom l-opportunita’ li jgħaddu liġijiet biex iwaqqfu Brexit mingħajr ftehim fil-31 t’Ottubru.

L-Ispeaker tal-House of Commons, John Bercow qal li din kienet offiża kostituzzjonali kbira. L-ispeaker li tradizzjonalment ma jgħaddix kummenti politiċi, kompla jgħid li tpoġġiha kif tpoġġiha, din l-għan ta’ din l-aħbar tibqa’ tneżża’ lill-membri parlamentari mid-dover li jiddibattu l-Brexit u tbiddel il-kors tal-pajjiż.

Aqra: Aġġornata: Boris Johnson il-PM il-ġdid tar-Renju Unit

Ir-Renju Unit se titlaq mill-UE fil-31 t’Ottubru, kif sostna diversi drabi l-PM Johnson. Qal li bil-qbil jew bla qbil, din se tiġri fid-data stipulata. Minħabba f’hekk, numru ta’ membri parlamentari saħqu li se jużaw il-proċess parlamentari biex jiżguraw li se jkun hemm qbil dwar il-ħruġ.

Aqra: Boris Johnson jgħid li mhux veru qed jevita negozjati mal-UE

“Se taffettwa l-Lira Sterlina”

deVere Group, wieħed mill-akbar gruppi ta’ konsulenti dwar il-finanzi, sostna li s-sospensjoni tal-Parlament se ddgħajjef iżjed il-Lira Sterlina.

Il-kumpanija żiedet tispjega li din se tfisser li affarijiet importati se jiġu iżjed għalja, u li l-konsumatur se jbagħtihom.