Il-Gvern Taljan jinvestiga l-kumpanija li bniet il-pont ta’ Ġenova

Gvern Taljan jinvestiga Kumpanija Pont Genova Bridge
REUTERS/Stefano Rellandini

Il-Gvern Taljan fetaħ investigazzjoni għall-ikbar operatur ta’ toroq użati bi ħlas fl-Italja sigħat wara li qal li il-kumpanija tista’ taffaċċja multi ħorox jew titlef il-permess biex tibni dawn it-toroq. Dan wara li nhar it-Tlieta li għadda waqa’ pont f’Ġenova fl-Italja u mietu tal-anqas 38 vittma.

Sorsi ta’ midja internazzjonali qalu li l-grupp Atlantia se jorganizza laqgħat tal-bord fil-21 u t-22 ta’ Awwissu fuq il-pont ta’ Ġenova.

Operatur ta’ toroq Taljani, Autostrade per l’Italija, huwa mistenni jagħmel laqgħa tal-bord nhar it-Tlieta u l-Ħamis li ġej biex jiġi diskuss id-diżastru tal-pont ta’ Ġenova. Dan qaluh sorsi ta’ midja internazzjonali.

Il-kumpanija, li 88% minnha hu ta’ Atlantia, saret is-suġġett ta’ sensiela ta’ diskussjonijiet jaħarqu dwar il-permessi tal-bini ta’ toroq.

L-istess sors qal li Atlantia, li hija kkontrollata mill-familja Benetton, hija mistennija jkollha laqgħa tal-bord nhar l-Erbgħa li ġej. Is-sors stqarr ukoll li bidliet fil-bord mhumiex mistennija.