Il-Gvern tal-Afrika t’Isfel imħeġġeġ isejjaħ Summit dwar il-qgħad

Il-Kummissjoni Ġusizzja u Paċi tal-Konferenza Episkoplai tal-Afrika t’Isfel sejjħu lill-Gvern tal-pajjiż biex isejjaħ Summit biex jiddiskuti l-problema serqja dwar il-qgħad fil-pajjiż.
Fi stqarrija li ħarġu l-Isqfijiet qalu li ħadu nota taċ-ċifri riċenti dwar il-qgħad li ħarġu mid-Dipartiment tal-Istatistika tal-pajjiż kif ukoll ta’ riċerka riċenti dwar il-qgħad li saret mill-Universita u huma mħassba serjament dwar  il-livelli tal-qgħad fil-pajjiż.
Minn dan l-istudju jidher li l-oqsma kollha tal-ekonomija qed inaqqsu l-impjiegi u jżidu l-qgħad b’rata allarmanti. Fl-industrja tal-minjieri weħidha, aktar minn 70,000 persuna tilfu x-xogħol tagħhom fl-aħħar sentejn. L-Isqfijiet qalu li huma jħossu wkoll it-tbagħtija ta’ dawk li jinsabu bla xogħol.
Hemm bżonn ta’ azzjoni strateġika u deċiżiva biex titreġġa lura l-kriżi tal-impjiegi li qed teskala. Għalhekk l-Isqfijiet ingħaqdu ma oħrajn fis-sejħa biex ikun hemm Summit dwar il-Qgħad biex jiddiskuti l-problema u jissuġerixxi miżuri biex jinħolqu aktar impjegi fil-klima ekonomija diffiċli li qed jiffaċċja l-pajjiż. Huma saħqu li dan is-Summit għandu jissejjaħ b’urġenza.
Huma talbu biex għalissa jkun hemm moratorju fuq is-sensji sakemm joħorġu l-konklużjonijiet ta’ dan is-summit.
Dan is-Summit m’għandux joqgħod lura milli jiddiskuti l-ħolqien ta’ mpjiegi permezz ta’ riformi macro-ekonomiċi u billi titħaffef l-inċertezza politika li hemm fil-pajjiż bħalissa. “Pajjiżna jinħtieġ qafas macro-ekonomiku li jżid l-impjiegi u jassigura tqassim ekwu.
L-Isqfijiet qalu li jemmnu  li għandhom jissaħħu l-isforzi biex jimmitigaw l-effetti tal-qgħad fuq familji vulnerabbli, permezz ta’ xibka sostenibbli ta’ servissi soċjali. Għalhekk huma kkundannaw id-dewmien fl-implimentazzjoni tal-liġi dwar l-assikurazzjoni lil dawk bla xogħol.