Il-Gvern ta’ Muscat ittradixxa lill-poplu – Farrugia

Read in English.

Il-membru tal-Oppożizzjoni Marlene Farrugia qalet li l-Gvern ta’ Joseph Muscat u mhux il-Gvern Laburista ttradixxa lill-poplu Malti.

Meta kienet qed titkellem waqt id-dibattitu dwar l-abbozz ta’ liġi li jemenda l-Att dwar l-Eko-Kontribuzzjoni, Farrugia stiednet lin-nies biex ikomplu jipprotestaw ħalli l-verità tkompli toħroġ bil-beraħ.

“Infatmu minn kull ħsieb partiġġjan. Insew jekk intomx Laburisti, Nazzjonalisti, ateji jew Kattoliċi. Ftakru li intom Maltin u Għawdxin”.  

Hi qalet li meta l-pajjiż suppost qiegħed jaħdem biex jattira iktar investiment minn pajjiżi bħal Hong Kong u l-Ingilterra, meqjusin minn ħafna bħala ‘financial jurisdictions’, minflok qiegħed kumbattut fl-agħar kriżi politika.

Farrugia ħadet il-ħin li kien fadal tal-Oppożizzjoni hekk kif il-Partit Nazzjonalista telaq ‘il barra mill-Parlament.

Il-Kummissjoni ta’ Venezja ma qalet xejn fuq il- maħfra presidenzjali – Bonniċi

Il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonniċi qal li l-breakthrough fil-każ ta’ Daphne Caruana Galizia wasslet meta l-Prim Ministru ħa d-deċiżjoni li jagħti maħfra assoluta. Huwa qal li l-Kummissjoni ta’ Venezja meta kienet f’Malta ma kkumentat xejn fuq din il-proklama u ma qalet xejn.

Bonniċi qal li min-naħa l-oħra Adrian Delia kien akkużat b’akkużi serji iżda ħarab u ma għamiltx bħal Prim Ministru u qgħad għall-iskrutinju tal-investigazzjonijiet.