Il-Gvern Spanjol se jissospendi l-awtonomija lill-Katalunja

Il-Gvern Spanjol se jdaħħal fis-seħħ Artiklu 155 tal-Kostituzzjoni Spanjola, biex b’hekk jissospendi l-awtonomija tar-reġjun Katalan.
Il-mexxej Katalan, Carles Puidgemont, kellu sal-10.30am ta’ dalgħodu biex jiċċara eżatt iridx jiddikjara l-indipendenza jew le lir-reġjun tiegħu, iżda dan baqa’ ma għamlux.
Minflok, Puidgemont talab biex ikun hemm id-djalogu bejn il-Gvern Spanjol u dak Reġjunali Katalan.
Dalgħodu l-Prim Ministru Spanjol, Antonio Rajoh, qal fi stqarrija li Spanja se tipproċedi bl-artiklu, li jagħtiha d-dritt li tiġi tikkmanda direttament lill-Katalunja.
Aktar kmieni Puidgemint qal li jekk Spanja tibqa’ għaddejja b’dil-politika ta’ ripressjoni, il-gvern reġjunali tal-Katalunja jivvota fil-parlament dwar l-indipendenza tar-reġjun wara r-referendum tal-1 ta’ Ottubru, liema referendum ġie ddikjarat antikostituzzjonali minn Spanja.