Il-Gvern se jwaqqaf Kunsill Konsultattiv għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi

Il-Gvern se jkun qed iwaqqaf Kunsill Konsultattiv għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi li l-għan tiegħu se jkun li jippromwovi l-ugwaljanza f’kull qasam tas-soċjetà.
Ħabbret dan il-Ministru għall-Ugwaljanza, Helena Dalli, waqt żjara lill-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa fejn spjegat kif dan il-Kunsill Konsultattiv se jiġbor fih rappreżentanti ta’ għaqdiet mhux governattivi, tal-partiti politiċi u tas-soċjetà  ċivili, kemm irġiel kif ukoll nisa.
Il-Ministru spjegat kif minn żmien għal żmien se jkunu qed jinħarġu equity assesments għall-miżuri li l-Gvern ikun qiegħed iniedi u jimplimenta.
Għamlet ukoll referenza għall-emendi għal-liġi industrijali li se tressaq quddiem il-Parlament biex din issir aktar family friendly u tippromwovi l-ugwaljanza minnha nnfisha.
Waqt il-laqgħa ġew diskussi diversi temi, fosthom il-kunċett ta’ equal pay for equal work 

Ritratt: DOI – Reuben Piscopo