Il-Gvern se jpoġġi l-Enemalta lura fid-direzzjoni t-tajba – PL

Il-Partit Laburista qal l-investiment miċ-Ċina fil-qasam tal-enerġija ta' Malta se jpoġġi lura l-Enemalta fid-direzzjoni t-tajba biex tkun tista' terga' tqum fuq saqajha.

Fi stqarrija l-PL saħaq li l-Gvern assigura li l-Enemalta titpoġġa fuq sisien sodi u jitnaqqas id-dejn li għandha l-korporazzjoni filwaqt li jipproteġi l-impjiegi tal-ħaddiema, joħloq impjiegi ġodda ta' kwalita' fil-qasam tal-enerġija u tkompli bil-pjan tal-Enerġija li se twassal għal arja iktar nadifa u kontijiet orħos.

Il-kumpanija Ċiniza, li hija kkwotata fil-Global Fortune 500, se tkun qed tinvesti f'enerġija rinovabbli u anke f'Energy Centre biex tagħti servizz lill-impjanti tal-enerġija tal-istess kumpanija fir-reġjun. L-istqarrija tgħid li dan se jwassal għal ħolqien ta' jobs ġodda.