Il-Gvern se joffri privat b’xejn għal min ifalli mill-O levels

Il-Gvern se jkun qed joffri reviżjoni tal-Malti, matematika, fisika u Ingliż bla ħlas lil dawk li jkunu fallew l-eżamijiet tal-O level.
Dan ħabbru il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo meta nieda l-iskema tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ. Il-Ministru qal li din hija inizjattiva minn tlieta li qed isiru b’fondi Ewropej. L-inizjattivi l-oħrajn joffru klassi ta’ reviżjoni għall-studenti tal-MCAST u l-oħra toffri alternattiva għall-programm ta’ tagħlim.
Evarist Bartolo qal li dawn l-inizzjattivi se jkunu immirati li jindirizzaw mal-2,000 student b’baġit li jlaħħaq it-€2.7 miljun.
Iċ-Chairman ta’ Jobs+, Clyde Caruana qal li kwart taż-żgħażagħ li ma jaħdmux huma single parents u 10% huma persuni b’diżabilita’. 
Fit-tmiem tal-konferenza tkellem ukoll il-Prim Ministru Joseph Muscat u qal li din l-iskema se tkun qed tipprovdi l-pedamenti għal dawk iż-żgħażagħ li fallew fis-sistema edukattiva ta’ Malta.
Dr Muscat qal li dan il-programm se jkollu żewġ għanijiet, li jipprevjeni u li jirreattiva. Se jkun qed jindirizza ukoll dawk li jkunu f’riskju li jitilqu mill-iskola ta’ eta’ żgħira.