Il-Gvern se jniedi l-pjan dwar l-immaniġġjar tal-iskart

Aktar tard wara nofsinhar, il-Gvern se jniedi l-pjan dwar l-immaniġġjar tal-iskart għas-snin 2013-2020.

Dan il-pjan se jkun qed jinkludi l-qafas tad-Direttiva Ewropea għall-Iskart, li tinkludi t-tneħħija tal-iskips kollha mill-1 ta’ Jannar tal-2015.

Hekk kif id-direttiva Ewropea tidħol fis-seħħ se jkun obbligatorju li jsir separazzjoni tal-karta, il-metall, il-plastik u l-ħġieġ.

Il-Kunsilli Lokali se jkunu responsabbli mill-aktar mod effettiv tal-immaniġġjar tal-iskart fil-lokalità.

Newsbook.com.mt diġa żvela kif numru ta’ Kunsilli Lokali qegħdin ineħħu l-iskips mit-toroq biex isegwu din id-direttiva.

Jirriżulta li din id-direttiva qed tidħol fis-seħħ ukoll f’pajjiżi oħra Ewropej, fejn fir-Renju Unit qam dibattitu fuq l-effett li din tista’ tħalli fuq l-ambjent.

Ċittadini fir-Renju Unit jinsabu imħassba li bit-tneħħija tal-iskips se jiżdied l-abbuż.

Il-pjan dwar l-immaniġġjar tal-iskart se jinkludi wkoll l-ġbir tal-iskart, il-boroż suwed, is-separazzjoni tal-iskart, il-bring-in sites u t-taxxi ekoloġiċi.

Dan il-pjan se jieħu forma ta’ konsultazzjoni għaliex huwa mifhum se jinkludi wkoll tibdil fil-mod ta’ kif tradizzjonalment jinġabar l-iskart mit-toroq.